11.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/20
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2011 — Cham vs Il-Kunsill
(Kawża T-649/11)
2012/C 39/38
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Cham Holding Co. SA (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara l-kawża tar-rikorrent ammissibbli, u konsegwentement:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK, tat-23 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK, tad-9 ta’ Mejju 2011. dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 950/2011, tat-23 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011, tad-9 ta’ Mejju 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrenti, inkwantu jżiduha fil-lista ta’ entitajiet imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 tad-9 ta’ Mejju 2011 u fl-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK tad-9 ta’ Mejju 2011;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tlett motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża T-433/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).
(1) ĠU 2011, C 290, p. 14.
Full & Egal Universal Law Academy