25.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 58/13
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Diċembru 2011 — Kaddour vs Il-Kunsill
(Kawża T-654/11)
2012/C 58/24
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Khaled Kaddour (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: M. Ponsard, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tilqa’ dan ir-rikors fil-proċedura mħaffa;
—
tannulla, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrent:
—
id-deċiżjoni 2011/273/PESK kif miżjuda u emendata sa dakinhar, inklużi d-deċiżjonijiet kollha ċċitati fil-kapitolu 13 tar-rikors;
—
ir-regolament 442/2011, kif miżjud u emendat sa dakinhar, inklużi r-regolamenti kollha ċċitati fil-kapitolu 14 tar-rikors;
—
id-deċiżjoni 2011/782/PESK, kif miżjuda u emendata sa dakinhar;
—
tikkundanna l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża T-653/11, Jaber vs Il-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy