25.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 58/14
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2011 — Morison Menon Chartered Accountants et vs Il-Kunsill
(Kawża T-656/11)
2012/C 58/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Morison Menon Chartered Accountants (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda); Morison Menon Chartered Accountants — Dubai Office (Dubai); u Morison Menon Chartered Accountants — Sharjah Office (Sharjah, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: H. Viaene, T. Ruys u D. Gillet, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1245/2011 tal-Kunsill, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1) (ĠU L 319, p. 11) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (2) (ĠU L 319, p. 71), sa fejn jirrigwardaw lir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-Kunsill għal ħlas tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti kif ukoll tal-ispejjeż tiegħu.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
(1)
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq
ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni min-naħa tal-Kunsill, kif ukoll tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, b’mod partikolari d-dritt għal smigħ u għal rimedju ġudizzjarju effettiv;
(2)
It-tieni motiv huwa bbażat fuq
żball manifest ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kunsill;
(3)
It-tielet motiv huwa bbażat fuq
ksur tad-dritt ta’ proprjetà.
(1) ĠU L319, 2.12.2011, p 11
(2) ĠU L319, 2.12.2011, p. 71
Full & Egal Universal Law Academy