25.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 58/15
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2011 — Veloss and Attimedia vs Il-Parlament
(Kawża T-667/11)
2012/C 58/28
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Veloss International SA (Brussell, il-Belġju) u Attimedia SA (Brussell) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li jagħżel l-offerta tar-rikorrenti sottomessa b’reazzjoni għas-sejħa għal offerti Nru EL/2011/EU “Traduzzjoni għall-Grieg” (1), bħala t-tieni fuq il-lista ta’ offerenti li ntagħżlu, ikkomunikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Ottubru 2011 u d-deċiżjonijiet kollha relatati meħuda sussegwentement mill-konvenut, inkluża dik li jagħti l-kuntratt rispettiv lill-ewwel offerent li ntagħżel;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew jikkumpensa d-danni lir-rikorrenti għat-telf ta’ opportunità u għad-dannu lir-reputazzjoni fl-ammont ta’ EUR 10 000;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew jbati l-ispejjeż legali u oħrajn inkorsi b’konnessjoni ma’ dan ir-rikors, anki jekk jiġi miċħud mill-Qorti Ġenerali.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
(1)
L-ewwel motiv, ibbażat fuq
—
li l-kumitat ta’ evalwazzjoni sistematikament ħallat il-kriterji ta’ għażla u ta’ għoti u l-fażijiet varji tal-proċedura tas-sejħa għal offerti;
(2)
It-tieni motiv, ibbażat fuq
—
li l-Parlament Ewropew kiser l-Artikolu 100(2) tar-Regolament Finanzjarju (2), billi ma kkomunikax lir-rikorrenti l-proposta finanzjarja tal-offerta li ntagħżlet, minkejja t-talba bil-miktub tagħhom;
(3)
It-tielet motiv, ibbażat fuq
—
diversi nuqqasijiet fil-metodu ta’ evalwazzjoni użat mill-kumitat ta’ evalwazzjoni u barra dan, filwaqt li qed tiġi kkuntestata l-kompożizzjoni ta’ dan tal-aħħar, nuqqas ta’ effettività minn naħa tiegħu;
(4)
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq
—
in-natura vaga u inadegwata tal-kriterji ta’ għażla u ta’ għoti u t-teħid inkunsiderazzjoni tal-kriterji li ma ġewx innotifikati lill-offerenti;
(5)
Il-ħames motiv, ibbażat fuq;
—
li l-kumitat ta’ evalwazzjoni naqas milli jitolbu l-prova tal-profil edukattiv u l-esperjenza fit-traduzzjoni tal-persunal tal-offerenti.
(1) ĠU 2011/S 56-090374
(2) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1 Vol. 4 p. 74)
Full & Egal Universal Law Academy