4.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/13
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2011 — H-Holding vs Il-Parlament
(Kawża T-672/11)
2012/C 235/33
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: H-Holding AG (Cham, l-Isvizzera) (rappreżentant: R. Závodný, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tikkonstata li r-rikorrenti ġarrbet dannu minħabba li l-konvenut naqas milli jaġixxi insegwitu għall-petizzjoni tagħha tal-24 ta’ Awissu 2011;
—
tiddikjara li l-Unjoni Ewropea hija responsabbli għall-infurzar tar-regoli ta’ finanzjament tal-partiti politiċi fuq il-livell Ewropew;
—
tordna lill-konvenut jawtorizza lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) biex iwettaq verifika finanzjarja ta’ partit politiku Ċek;
—
tordna lill-konvenut jibda proċeduri kontra r-Repubblika Ċeka;
—
tikkundanna lill-konvenut iħallasha kumpens u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenut naqas milli jaġixxi rigward il-petizzjoni tar-rikorrenti tal-24 ta’ Awwissu 2011 dwar il-finanzjament ta’ partit politiku Ċek.
Full & Egal Universal Law Academy