3.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/18
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2011 — Sigla vs UASI (VIPS CLUB)
(Kawża T-673/11)
2012/C 65/34
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Sigla (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talba
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
filwaqt li tieħu konjizzjoni tal-preżentata tar-rikors mad-dokumenti mehmuża miegħu; tikkonstata l-introduzzjoni fit-termini u fil-forma t-tajba u dovuta r-rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Ottubru 2011, fil-Każ R 641/2011-1 u, fi tmiem tal-proċeduri, tagħti sentenza li tannulla din id-deċiżjoni u tikkundanna espressament lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “VIPS CLUB” għal prodotti u servizzi fil-klassi 29, 30 u 43.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1) (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma hijiex deskrittiva u għandha karattru distintiv.
Full & Egal Universal Law Academy