Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2011 – Cahier et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża T‑195/11 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Talba għal miżuri provviżorji – Inammissibbiltà parzjali – Assenza ta’ urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Preżentata ta’ rikors kontra l-att li huwa s-suġġett ta’ talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ regolament – Rikors prinċipali limitat għal talba għad-danni – Inammissibbiltà (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(1)) (ara l-punt 13)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Talba għal miżuri provviżorji mressqa minn diversi rikorrenti – Oneru tal-prova (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 15-20)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu allegat ikkawżat minn atti li jimponu obbligi pekunjarji fuq livell nazzjonali – Rimedji nazzjonali – Effett (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punti 21, 22)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji u għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 26, p. 25), kif miżmum fis-seħħ bl-Artikolu 128(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008, tad-29 ta’ April 2008, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (ĠU L 148, p. 1).
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy