tdbcjeDigriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2011 – Computer Resources International (il-Lussemburgu) vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-422/11 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Ċaħda ta’ offerta – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Telf ta’ opportunità – Assenza ta’ dannu gravi u irreparabbli – Nuqqas ta’ urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 14, 15)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti - Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 19-22, 28-31, 33)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Dannu li jista’ jingħata kumpens totali fil-kuntest ta’ rikors għad-danni - Assenza ta’ natura irreparabbli (Artikoli 268 TFUE, 278 TFUE u 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 26, 27)
4. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Deċiżjoni ta’ esklużjoni ta’ offerent minn proċedura ta’ sejħa għal offerti - Dannu għar-reputazzjoni tiegħu - Dannu li ma jistax jitqies li huwa irreparabbli (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 38)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tat-22 ta’ Lulju 2011, li, minn naħa, tiċħad l-offerti ppreżentati mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti AO 10340, li tikkonċerna l-provvista ta’ servizzi informatiċi ta’ żvilupp u manutenzjoni ta’ softwer, konsulenza u assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informatika (ĠU 2011/S 66‑106099), u, min-naħa l-oħra, tinforma lir-rikorrenti li l-kuntratt-qafas relattiv għall-kuntratt inkwistjoni ngħata lil offerenti oħra.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy