Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2012 — Euris Consult vs Il-Parlament
(Kawża T-637/11 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratt pubbliku għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Servizzi ta’ traduzzjoni lejn il-Malti — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Modalitajiet ta’ komunikazzjoni — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Telf ta’ opportunità — Assenza ta’ dannu gravi u irreparabbli — Nuqqas ta’ urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 10, 11)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli —Oneru tal-prova — Dannu finanzjarju — Vijabbiltà finanzjarja (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 15-17)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Telf ta’ opportunità li tirriżulta mill-esklużjoni ta’ offerent minn proċedura ta’ sejħa għal offerti — Telf li ma jikkostitwixxix fih innifsu dannu gravi — Evalwazzjoni in concreto (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 20, 21)
4. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Dannu finanzjarju — Telf ta’ opportunità li tirriżulta mill-esklużjoni ta’ offerent minn proċedura ta’ sejħa għal offerti — Dannu li jista’ jiġi rreparat kompletament fil-kuntest ta’ rikors għad-danni (Artikoli 268 TFUE, 278 TFUE, 279 TFUE u 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 24, 25)
5. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Dannu gravi u irreparabbli għar-rikorrent — Preġudizzju għal interess tiegħu — Preġudizzju għall-interess tal-impjegati tal-kumpannija rikorrenti — Esklużjoni (Artikolu 78 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 26)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tat-18 ta’ Ottubru 2011, meħuda fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti (MT/2011/EU) għall-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni lejn il-Malti (ĠU S 56‑090372) u li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy