22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2013 — Transnational Company “Kazchrome” AO, ENRC Marketing AG vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Euroalliages
(Kawża C-10/12 P) (1)
(Appell - Dumping - Regolament (KE) Nru 172/2008 - Importazzjonijiet ta’ ferrosilikon li joriġina miċ-Ċina, mill-Eġittu, mill-Każakstan, minn dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u mir-Russja - Eżami mill-ġdid intermedju parzjali - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikolu 3(7) - Fatturi magħrufa - Dannu lill-industrija tal-Unjoni - Rabta kawżali)
2014/C 52/10
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Transnational Company “Kazchrome” AO, ENRC Marketing AG (rappreżentanti: A. Willems u S. De Knop, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewoprea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, G. Berrisch, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-appellat: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u S. Thomas, aġenti), Euroalliages (rappreżentanti: J. Bourgeois, Y. van Gerven u N. McNelis, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2010, Transnational Company “Kazchrome” u ENRC Marketing vs Il-Kunsill (T-192/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2008, tal-25 ta’ Frar 2008, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ferrosilikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja (ĠU L 55, p. 6)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Transnational Company “Kazchrome” AO u ENRC Marketing AG huma kkundannati għall-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(4)
Euroaaliages għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 65, 03.03.2012.
Full & Egal Universal Law Academy