9.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Maatschap L.A. en D.A.B. Langestraat en P. Langestraat-Troost vs Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie
(Kawża C-11/12) (1)
(Politika Agrikola Komuni - Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll - Tnaqqis jew esklużjoni fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità - Responsabbiltà għal atti ta’ terzi)
2013/C 38/11
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het Bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maatschap L.A. en D.A.B. Langestraat en P. Langestraat-Troost
Konvenuti: Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — College van Beroep voor het Bedrijfsleven — Interpretazzjoni tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16) — Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll — Tnaqqis u esklużjonijiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità — Bidwi li kera mingħand terz artijiet agrikoli u li aċċetta, b’mod temporanju, li dan it-terz idemmel l-imsemmija artijiet — Nuqqas ta’ osservanza, minn dan it-terz, tar-rekwiżiti regolamentari fil-qasam tal-ġestjoni
Dispożittiv
L-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità mill-benefiċjarju jew miċ-ċessjonarju tal-art agrikola li jimplika t-tnaqqis fl-ammont totali tal-pagamenti diretti jew l-esklużjoni mill-benefiċċju tagħhom għandu jiġi imputat b’mod sħiħ lill-bidwi li ppreżenta l-applikazzjoni għall-għajnuna.
(1) ĠU C 98, 31.03.2011
Full & Egal Universal Law Academy