15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013 — Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK), Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-13/12 P) (1)
(Appell - Dumping - Regolament (KE) Nru 172/2008 - Importazzjonijiet ta’ ferro-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikolu 2(9) - Prezz tal-esportazzjoni - Artikolu 3(5) u (6) - Determinazzjoni tad-dannu - Artikolu 6(7) - Investigazzjoni - Artikolu 8(4) - Offerta ta’ impenji - Verżjoni mhux kunfidenzjali - Artikolu 20(1) - Informazzjoni tal-partijiet - Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra)
2014/C 45/13
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK), Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) (rappreżentanti: P. Vander Schueren, avukat, N. Mizulin, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, Rechtsanwalt, u minn N. Chesaites, barrister), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u M. França, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla), tal-25 ta’ Ottubru 2011, CHEMK u KF vs Il-Kunsill (T-190/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2008, tal-25 ta’ Frar 2008, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ferro-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja (ĠU L 55, p. 6) u, sussidjarjament, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Frar 2008, li tiċħad it-talba tal-appellanti intiża għas-sospensjoni tad-dazji antidumping stabbiliti bir-regolament ikkontestat
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) huma kkundannati jbatu l-ispejjeż ta’ din il-proċedura.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 65, 3.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy