20.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 114/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — ir-Repubblika Ċeka) — Město Žamberk vs Finanční ředitelství vs Hradci Králové, li saret Odvolací finanční ředitelství
(Kawża C-18/12) (1)
(Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(m) - Eżenzjoni - Provvisti ta’ servizzi li għandhom rabta stretta mal-prattika tal-isport jew tal-edukazzjoni fiżika - Prattika ta’ attivitajiet sportivi mhux organizzata u mhux sistematika - Park akwatiku muniċipali)
2013/C 114/25
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Město Žamberk
Konvenut: Finanční ředitelství v Hradci Králové, li saret Odvolací finanční ředitelství
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Nejvyšší správní soud — Interpretazzjoni tal-Artikolu 132(1)(m) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Eżenzjonijiet — Provvista ta’ servizzi li għandhom rabta mill-qrib mal-ipprattikar tal-isport jew tal-edukazzjoni fiżika — Prattika eventwali u irregolari ta’ attivitajiet sportivi ta’ rikreazzjoni f’sit għall-għawm (park akwatiku) amministrat mill-belt u li għandu kumpless għal dawn l-attivitajiet
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 132(1)(m) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li attivitajiet sportivi mhux organizzati, li ma humiex sistematiċi u li ma għandhomx bħala għan il-parteċipazzjoni f’kompetizzjonijiet sportivi, jistgħu jiġu kklassifikati bħala prattika tal-isport fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(2)
L-Artikolu 132(1)(m) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aċċess għal park akwatiku li jipprovdi lill-viżitaturi mhux biss installazzjonijiet li jippermettu l-eżerċizzju ta’ attivitajiet sportivi, iżda wkoll tipi oħra ta’ attivitajiet ta’ serħan u ta’ rikreazzjoni, jista’ jikkostitwixxi provvista ta’ servizzi li għandhom rabta stretta mal-prattika tal-isport. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk, fid-dawl tal-elementi ta’ interpretazzjoni pprovduti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’din is-sentenza u f’dak taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali, dan huwiex il-każ f’din il-kawża.
(1) ĠU C 98, 31.03.2012.
Full & Egal Universal Law Academy