4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari ta’ Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X BV (C-24/12), TBG Limited (C-27/12) vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawżi magħquda C-24/12 u C-27/12) (1)
((Moviment liberu tal-kapital - Restrizzjonijiet - Ħlas ta’ dividendi minn Stat Membru lejn territorju extra-Ewropew tal-istess Stat - Kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Arranġamenti speċjali UE-PTEE)
2014/C 253/03
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: X BV (C-24/12), TBG Limited (C-27/12)
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Hoge Raad der Nederlanden – Interpretazzjoni tal-Artikoli 63 u 64 TFUE – Kamp ta’ applikazzjoni territorjali – Movimenti ta’ kapital minn Stat Membru lejn wieħed mit-territorji extra-Ewropej tiegħu – Territorju extra-Ewropew li għandu jew ma għandux jitqies bħala Stat terz
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix miżura fiskali ta’ Stat Membru li tostakola, billi tfittex b’mod effettiv u proporzjonat l-għan li tiġġieled l-evażjoni fiskali, il-movimenti tal-kapital bejn dan l-Istat Membru u l-pajjiż u t-territorju extra-Ewropew tiegħu.
(1) ĠU C 98, 31.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy