7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te Leeuwarden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — fiscale eenheid PPG Holdings BV cs te Hoogezand vs Inspecteur van de Belastingdienst/Noord/kantoor Groningen
(Kawża C-26/12) (1)
(Taxxa fuq il-valur miżjud - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Artikoli 17 u 13 B (d)(6) - Eżenzjonijiet - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Fondi ta’ irtitar - Kunċett ta’ 'ġestjoni ta’ fondi speċjali ta’ investiment’)
2013/C 260/18
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof te Leeuwarden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: fiscale eenheid PPG Holdings BV cs te Hoogezand
Konvenuti: Inspecteur van de Belastingdienst/Noord/kantoor Groningen
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Gerechtshof te Leeuwarden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 13 B(d)(6) u 17 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) u tal-Artikoli 135(1)(g), 168 u 169 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sitema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Persuna taxxabbli li ħolqot, taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-pensjonijiet tal-irtirar, fond tal-irtirar sabiex tiżgura d-drittijiet tal-pensjoni tal-ħaddiema tagħha bħala parteċipanti f’dan il-fond — Tnaqqis tat-taxxa tal-input marbuta ma’ servizzi lilu pprovduti għall-finijiet tal-ġestjoni tal-fond tal-irtirar
Dispożittiv
L-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna taxxabbli li tkun ħolqot fond għal pensjoni ta’ rtirar taħt forma ta’ entità legalment u fiskalment separata, sabiex tiggarantixxi d-drittijiet tal-irtirar tal-impjegati tagħha u tal-ex impjegati tagħha, għandha dritt li tnaqqas il-VAT li hija ħallset fuq servizzi li jirrigwardaw il-ġestjoni u l-funzjonament ta’ dan il-fond, sakemm l-eżistenza ta’ rabta diretta u immedjat tirriżulta miċ-ċirkustanzi kollha tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni.
(1) ĠU C 98, 31.03.2012
Full & Egal Universal Law Academy