4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Mejju 2014 – Plásticos Españoles, SA (ASPLA) vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-35/12 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-boroż industrijali tal-plastik - Ksur uniku u kontinwat))
2014/C 253/04
Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Plásticos Españoles, SA (ASPLA) (rappreżentanti: E. Garayar Gutiérrez, Troncoso Ferrer u E. Abril Fernández, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras u F. Castillo de la Torre, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Novembru 2011, ASPLA vs Il-Kummissjoni (T-76/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005)4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 – Boroż industrijali), dwar akkordju fuq is-suq tal-boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll, sussidjarjament, talba intiża għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ASPLA
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Plásticos Españoles SA (ASPLA) hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ dan l-appell.
(1) ĠU C 89 tal-24.03.2012.
Full & Egal Universal Law Academy