15.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-55/12) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/96/KE - Taxxa fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku - Eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fir-rigward tal-karburanti għall-vetturi bil-mutur ta’ persuni b’diżabbiltà - Żamma tal-eżenzjoni wara l-iskadenza tal-perijodu tranżitorju - Ksur)
2013/C 171/13
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentant: E. Creedon, aġent)
Suġġett
Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405) — Eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fir-rigward tal-karburanti għall-vetturi bil-mutur ta’ persuni b’diżabbiltà — Żamma tal-eżenzjoni wara l-iskadenza tal-perijodu tranżitorju
Dispożittiv
(1)
Billi tat, wara l-iskadenza, tal-31 ta’ Diċembru 2006, tal-perijodu tranżitorju msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1), tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/74/KE, tad-29 ta’ April 2004, u l-Anness II tagħha, l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fir-rigward tal-karburanti għall-vetturi bil-mutur ta’ persuni b’diżabbiltà, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva.
(2)
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 89, 24.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy