8.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Novembru 2013 — Groupe Gascogne SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-58/12 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-boroż tal-plastik industrijali - Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mill-kumpannija sussidjarja - Teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ globali tal-grupp għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu massimu tal-multa - Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali - Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva)
2014/C 39/04
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Group Gascogne SA (rappreżentanti: P. Hubert u E. Durand, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u N. von Lingen, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Novembru 2011, Groupe Gascogne vs Il-Kummissjoni (T-72/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament parzjali u t-talba għat-tibdil tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 final, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu [81 KE] (Każ COMP/38.354 — Boroż industrijali), dwar akkordju fis-suq tal-boroż tal-plastik industrijali u talba għat-tibdil tal-imsemmija deċiżjoni
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Groupe Gascogne SA hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ dan l-appell.
(1) ĠU C 89, 24.03.2012.
Full & Egal Universal Law Academy