3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/26
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad — Varna — Il-Bulgarija) — Galin Kostov vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
(Kawża C-62/12) (1)
(Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 9(1) - Kunċett ta’ “persuna taxxabbli” - Persuna fiżika - Provvista ta’ servizz taxxabbli - Provvista ta’ servizz okkażjonali - Assenza ta’ rabta ma’ attività professjonali rreġistrata u suġġetta għall-VAT - Uffiċjal eżekuttiv indipendenti)
2013/C 225/41
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad — Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Galin Kostov
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad — Varna — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Kunċett ta’ persuna taxxabbli — Issuġġettar għall-VAT ta’ persuna fiżika għall-eżekuzzjoni okkażjonali ta’ provvista ta’ servizzi taxxabbli mhux marbuta mal-professjoni tagħha bħala uffiċjal eżekuttiv
Dispożittiv
L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fiżika, diġà suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-attivitajiet tagħha bħala uffiċjal eżekuttiv, għandha titqies bħala “persuna taxxabbli” għal kull attività ekonomika oħra eżerċitata b’mod okkażjonali, bil-kundizzjoni li din l-attività tikkostitwixxi attività fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva VAT.
(1) ĠU C 118, 21.4.2012
Full & Egal Universal Law Academy