29.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Leidseplein Beheer BV, H.J.M. de Vries vs Red Bull GmbH, Red Bull Nederland BV
(Kawża C-65/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Drittijiet li jirriżultaw mit-trade mark - Trade mark li għandha reputazzjoni - Protezzjoni estiża għal prodotti jew għal servizzi li ma humiex simili - Użu minn terz mingħajr raġuni valida ta’ sinjal identiku jew simili għat-trade mark li għandha reputazzjoni - Kunċett ta’ “raġuni valida”)
2014/C 93/05
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Leidseplein Beheer BV, H.J.M. de Vries
Konvenuta: Red Bull GmbH, Red Bull Nederland BV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interprtazzjoni tal-Artikolu 5(2) tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru, 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17 Vol. 1, p. 92) — Drittijiet mogħtija minn trade mark — Trade mark b’reputazzjoni — Protezzjoni estiża għal prodotti jew servizzi mhux simili — Użu minn terz mingħajr raġuni valida ta’ sinjal identiku jew simili għat-trade mark b’reputazzjoni li jippermettilu li jieħu vantaġġ indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark jew li jikkawżalhom dannu — Kunċett ta’ raġuni valida
Dispożittiv
L-Artikolu 5(2) tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark li għandha reputazzjoni jista’ jkollu, minħabba “raġuni valida” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jittollera l-użu minn terz ta’ sinjal simili għal din it-trade mark għal prodott identiku għal dak li għalih din it-trade mark ġiet irreġistrata, meta jirriżulta li dan is-sinjal intuża qabel il-preżentazzjoni tal-istess trade mark u li l-użu li sar għall-prodott identiku sar in bona fide. Sabiex jiġi evalwat jekk dan huwiex il-każ, il-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari:
—
l-istabbiliment u r-reputazzjoni ta’ dan is-sinjal fost il-pubbliku kkonċernat,
—
il-grad ta’ prossimità bejn il-prodotti u s-servizzi li għalihom l-istess sinjal kien oriġinalment użat u l-prodott li għalih it-trade mark li għandha reputazzjoni ġiet irreġistrata, u
—
ir-rilevanza ekonomika u kummerċjali tal-użu għal dan il-prodott tas-sinjal simili għal din it-trade mark.
(1) ĠU C 126, 28.04.2012
Full & Egal Universal Law Academy