22.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 85/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-67/12) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/91/KE - Prestazzjoni tal-enerġija tal-bini - Artikoli 3, 7 u 8 - Traspożizzjoni inkompleta)
2014/C 85/03
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u I. Galindo Martin, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Rubio González u S. Centeno Huerta, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta jew milli jikkomunika, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 3, 7 u 8 tad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 168) moqrija flimkien mal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Mejju 2010, dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, p. 13)
Dispożittiv
(1)
Peress li ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 3, 7 u 8 tad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont dawn id-dispożizzjonijiet.
(2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 118, 21.04.2012.
Full & Egal Universal Law Academy