20.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 114/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) — Protimonopolný úrad Slovenskej republiky vs Slovenská sporitel’ňa, a.s.
(Kawża C-68/12) (1)
(Kunċett ta’ akkordju - Ftehim konkluż bejn diversi banek - Impriża kompetitriċi li topera fis-suq inkwistjoni b’mod allegatament illegali - Effett - Assenza)
2013/C 114/27
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Najvyšší súd Slovenskej republiky
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Protimonopolný úrad Slovenskej republiky
Konvenuti: Slovenská sporiteľňa, a.s.
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Najvyšší súd Slovenskej republiky — Interpretazzjoni tal-Artikolu 101(1) u (3) tat-Trattat FUE — Kunċett ta’ akkordju — Ftehim konkluż bejn diversi banek intiż li jxolji u li ma jġeddidx ftehim ta’ kontijiet kurrenti ma’ impriża kompetitriċi stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Effett fuq il-klassifikazzjoni bħala akkordju illegali tal-fatt, li ma ġiex evokat fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, li l-impriża kompetitriċi kienet topera fis-suq inkwistjoni b’mod illegali
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li impriża milquta minn akkordju li għandu bħala skop ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni kienet topera fis-suq inkwistjoni b’mod allegatament illegali matul il-konklużjoni ta’ dan l-akkordju huwa irrilevanti għall-kwistjoni jekk l-akkordju inkwistjoni jikkostitwixxix ksur ta’ din id-dispożizzjoni
(2)
L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni ma teħtieġx il-prova ta’ aġir personali tar-rappreżentant awtorizzat ta’ impriża jew ta’ ftehim partikolari li permezz tiegħu dan ir-rappreżentant awtorizza, taħt forma ta’ mandat, l-aġir tal-impjegat tiegħu li pparteċipa f’laqgħa antikompetittiva
(3)
L-Artikolu 101(3) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jista’ japplika għal ftehim prekluż mill-Artikolu 101(1) TFUE biss meta l-kumpannija li tinvoka din id-dispożizzjoni tkun ressqet il-prova li kienu sodisfatti l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi stabbiliti fih.
(1) ĠU C 165, 09.06.2012.
Full & Egal Universal Law Academy