3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/26
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013 — Quinn Barlo Ltd, Quinn Plastics NV, Quinn Plastics GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-70/12 P) (1)
(Appell - Akkordji - Suq Ewropew tal-metakrilati - Tul tal-ksur - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Motivazzjoni - Setgħa ta’ ġurisdizzjoni sħiħa - Prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ trattament ugwali - Proporzjonalità tal-multa)
2013/C 225/42
Lingwa tal-proċedura: Ingliż
Partijiet
Appellanti: Quinn Barlo Ltd, Quinn Plastics NV, Quinn Plastics GmbH (rappreżentanti: F. Wijckmans u M. Visser, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u V. Bottka, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Novembru 2011, Quinn Barlo et vs Il-Kummissjoni (T-208/06) li tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 2098 finali, tal-31 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.645 — Metakrilati), dwar għadd ta’ ftehim u ta’ prattiki miftiehma, fis-suq Ewropew tal- metakrilati, li jikkonsistu fil-konklużjoni, l-implementazzjoni u l-kontroll ta’ ftehim dwar il-prezzijiet, fl-iskambju ta’ informazzjoni, kif ukoll fil-parteċipazzjoni għal kuntatti sabiex jiġi ffaċilitat il-ksur
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud
(2)
Quinn Barlo Ltd, Quinn Plastics NV u Quinn Plastics GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.
(1) ĠU C 165, 9.6.2012
Full & Egal Universal Law Academy