11.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Gemeinde Altrip, Gebrüder Hört GbR, Willi Schneider vs Land Rheinland-Pfalz
(Kawża C-72/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 85/337/KEE - Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Direttiva 2003/35/KE - Dritt għal azzjoni kontra deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni - Applikazzjoni ratione temporis - Proċeduri ta’ awtorizzazzjoni mibdija qabel id-data ta’ skadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/35/KE - Deċiżjoni meħuda wara din id-data - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tar-rikors - Ksur ta’ dritt - Natura tad-difett proċedurali li jista’ jiġi invokat - Portata tal-istħarriġ)
2014/C 9/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gemeinde Altrip, Gebrüder Hört GbR, Willi Schneider
Konvenut: Land Rheinland-Pfalz
quddiem:Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht Leipzig — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466), kif ukoll tal-Artikolu 10a tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE — Kostruzzjoni ta’ boqqigħat għaż-żamma tal-ilmijiet — Dritt ta’ azzjoni kontra deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni — Applikazzjoni ratione temporis — Sitwazzjoni li fiha l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni nbdiet qabel id-data tal-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/35/KE u d-deċiżjoni ttieħdet wara din id-data
Dispożittiv
(1)
Billi tipprovdi li din għandha tiġi trasposta sa mhux iktar tard mill-25 ta’ Ġunju 2005, id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE, li żiedet l-Artikolu 10a għad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima [evalwazzjoni] tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati għat-traspożizzjoni ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw ukoll għall-proċeduri amministrattivi ta’ awtorizzazzjoni mibdija qabel il-25 ta’ Ġunju 2005, anki jekk dawn wasslu għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni wara din id-data.
(2)
L-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-Istati Membri jillimitaw l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet ta’ traspożizzjoni ta’ dan l-artikolu għall-każ fejn il-legalità ta’ deċiżjoni hija kkontestata minħabba li l-evalwazzjoni ambjentali tħalliet barra, mingħajr ma jestendiha għall-każ fejn tali evalwazzjoni twettqet iżda hija irregolari.
(3)
L-Artikolu 10a(b) tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tirrikonoxxix il-ksur ta’ dritt fis-sens ta’ dan l-artikolu jekk jiġi stabbilit li huwa possibbli, skont iċ-ċirkustanzi tal-kawża, li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx differenti mingħajr id-difett proċedurali invokat mill-applikant. Għalhekk huwa biss jekk il-kundizzjoni li l-qorti jew il-korp adit bl-ebda mod ma jtaqqlu l-oneru tal-prova f’dan ir-rigward fuq l-applikant, u li jiddeċiedu skont il-każ fuq il-provi prodotti mill-iżviluppatur tal-proġett jew mill-awtoritajiet kontraenti, u b’mod iktar ġenerali mill-atti kollha tal-proċess sottomessi lilhom, waqt li b’mod partikolari jikkunsidraw il-grad ta’ serjetà tad-difett invokat u li jivverifikaw, b’mod partikolari, għal dan il-għan, jekk dan ċaħħadx lill-pubbliku kkonċernat minn garanzija prevista b’mod konformi mal-għanijiet tad-Direttiva 85/337, li tippermettilu aċċess għall-informazzjoni u jkun awtorizzat illi jipparteċipa fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni.
(1) ĠU C 133, 05.05.2012.
Full & Egal Universal Law Academy