14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 — Deutsche Post AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, UPS Europe NV/SA, UPS Deutschland Inc. & Co. OHG
(Kawża C-77/12 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE - Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament - Atti intiżi sabiex jipproduċu effetti legali vinkolanti - Deċiżjoni ta’ ftuħ preċedenti dwar l-istess miżuri)
2013/C 367/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Deutsche Post AG (rappreżentanti: J. Sedemund u T. Lübbig, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u T. Maxian Rusche, aġenti), UPS Europe NV/SA, UPS Deutschland Inc. & Co. OHG (rappreżentanti: T. Ottervanger u E. Henny, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011, Deutsche Post vs Il-Kummissjoni (T-421/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Settembru 2007, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur Deutsche Post AG [għajnuna C 36/07 (ex NN 25/07)] — Ksur tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u tad-dritt għal rimedju effettiv — Interpretazzjoni żbaljata tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, kif ukoll tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali — Motivazzjoni insuffiċjenti tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Diċembru 2011, Deutsche Post vs Il-Kummissjoni (T-421/07) hija annullata.
(2)
Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
(3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 118, 21.04.2012.
Full & Egal Universal Law Academy