20.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 114/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Curtea de Apel Alba Iulia — ir-Rumanija) — SC Mora IPR SRL vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Sibiu, Direcția Județeană pentru Accize și Operațiuni Vamale Sibiu
(Kawża C-79/12) (1)
(Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 211 - Ħlas differit tal-VAT fuq l-importazzjoni)
2013/C 114/28
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Alba Iulia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Mora IPR SRL
Konvenuti: Direcția Generală a Finanțelor Publice Sibiu u Direcția Județeană pentru Accize și Operațiuni Vamale Sibiu
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Alba Iulia — Interpretazzjoni tal-Artikolu 211 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 26(2), 28, 30 u 107 TFUE — Dritt tal-Istati Membri li jawtorizzaw id-differiment tal-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjoni — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi kundizzjoni ta’ ksib ta’ ċertifikat ta’ differiment tal-ħlas, li ma hijiex prevista mid-direttiva — Emendi leġiżlattivi suċċessivi li jeżentaw mill-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjoni lil ċerti persuni taxxabbli biss — Diskriminazzjoni — Ksur tal-projbizzjoni ta’ dazji doganali fuq l-importazzjoni
Dispożittiv
L-Artikolu 211 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-ħlas differit tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovut għall-beni importati għall-kisba ta’ ċertifikat li ma huwiex rikjest mit-termini ta’ din id-direttiva, sa fejn il-kundizzjonijiet għall-kisba ta’ tali ċertifikat josservaw il-prinċipju ta’ newtralità fiskali, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti ta’ rinviju.
(1) ĠU C 126, 28.4.2012
Full & Egal Universal Law Academy