16.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 174/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — proċeduri kriminali kontra Minh Khoa Vo
(Kawża C-83/12 PPU) (1)
(Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (KE) Nru 810/2009 - Kodiċi Komunitarju dwar il-viżi - Artikoli 21 u 34 - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Introduzzjoni illegali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju ta’ Stat Membru - Viżi miksuba b’qerq - Sanzjoni kriminali tat-traffikant)
2012/C 174/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Minh Khoa Vo
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 21 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (ĠU L 243, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissanzjona kriminalment lit-traffikant li daħħal persuni ta’ nazzjonalità barranija illegalment fit-territorju nazzjonali — Applikabbiltà ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija li jkollhom viża miksuba b’qerq mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, li madankollu ma tkunx għadha ġiet annullata skont dan ir-regolament
Dispożittiv
L-Artikoli 21 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li dispożizzjonijiet nazzjonali jrendu l-għajnuna għall-immigrazzjoni illegali suġġetta għal sanzjonijiet kriminali f’każijiet fejn il-persuni li jkunu daħlu, ċittadini ta’ pajjiż terz, ikollhom viża li jkunu kisbu b’qerq, billi jkunu tqarrqu bl-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ ħruġ fir-rigward tal-veru għan tal-vjaġġ tagħhom, mingħajr ma din il-viża tkun ġiet preċedentement annullata.
(1) ĠU C 126, 28.04.2012
Full & Egal Universal Law Academy