23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/21
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative — il-Lussemburgu) — Adzo Domenyo Alokpa, Jarel Mondoulou, Eja Mondoulou vs Ministre du Travail, de l’Emploi et de l’Immigration
(Kawża C-86/12) (1)
(Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE - Direttiva 2004/38/KE - Dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz axxendent dirett ta’ ċittadini tal-Unjoni ta’ età żgħira - Ċittadini tal-Unjoni mwielda fi Stat Membru li ma huwiex dak li tiegħu huma għandhom in-nazzjonalità u li ma għamlux użu mid-dritt tagħhom ta’ moviment liberu - Drittijiet fundamentali)
2013/C 344/35
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour administrative
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Adzo Domenyo Alokpa, Jarel Mondoulou, Eja Mondoulou
Konvenuti: Ministre du Travail, de l’Emploi et de l’Immigration
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour administrative — Interpretazzjoni tal-Artikolu 20 TFUE u tal-Artikoli 20, 21, 24, 33 u 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Rifjut ta’ Stat Membru li jagħti d-dritt ta’ residenza lil ċittadin ta’ Stat terz, axxendent dirett li waħdu jieħu ħsieb uliedu minuri, ċittadini tal-Unjoni li għandhom in-nazzjonalità ta’ Stat Membru — Nuqqas ta’ ħajja tal-familja komuni mal-axxendent dirett l-ieħor tat-tfal tiegħu, li jirrisjedi fi Stat Membru ieħor — Portata tar-rifjut ta’ residenza, tal-għoti ta’ permess ta’ residenza u ta’ permess ta’ xogħol — Konsegwenzi fuq it-tgawdija effettiva tad-drittijiet assoċjati mal-istatut ta’ ċittadin tal-Unjoni
Dispożittiv
F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux Stat Membru milli jirrifjuta lil ċittadin ta’ pajjiż terz dritt ta’ residenza fit-territorju tiegħu, meta dan iċ-ċittadin ikollu taħt ir-responsabbiltà esklużiva tiegħu tfal ta’ età żgħira, ċittadini tal-Unjoni, li jkunu jirrisjedu miegħu f’dan l-Istat Membru sa mit-twelid tagħhom, mingħajr ma jkollhom in-nazzjonalità ta’ dan l-istess Stat u mingħajr ma jkunu għamlu użu mid-dritt tagħhom ta’ moviment liberu, sa fejn dawn iċ-ċittadini tal-Unjoni ma jkunux jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, jew tali rifjut ma jkunx iċaħħad l-imsemmija ċittadini mit-tgawdija effettiva tas-sustanza tad-drittijiet mogħtija mill-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni, li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.
(1) ĠU C 138, 12.5.2012.
Full & Egal Universal Law Academy