3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/27
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Mejju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative — il-Lussemburgu) — Kreshnik Ymeraga, Kasim Ymeraga, Afijete Ymeraga-Tafarshiku, Kushtrim Ymeraga, Labinot Ymeraga vs Ministre du Travail, de l’Emploi et de l’Immigration
(Kawża C-87/12) (1)
(Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 20 TFUE - Dritt ta’ residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li ma jeżerċitax id-dritt tiegħu ta’ moviment liberu - Drittijiet fundamentali)
2013/C 225/44
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour administrative
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kreshnik Ymeraga, Kasim Ymeraga, Afijete Ymeraga-Tafarshiku, Kushtrim Ymeraga, Labinot Ymeraga
Konvenut: Ministre du Travail, de l’Emploi et de l’Immigration
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour administrative — Interpretazzjoni tal-Artikolu 20 TFUE u tal-Artikoli 20, 21, 24, 33 u 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Ċittadinanza tal-Unjoni — Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja ta’ ċittadin Ewropew, għall-benefiċċju tal-membri tal-familja tiegħu li huma ċittadini ta’ pajjiż terz, fl-assenza ta’ eżerċizzju effettiv tal-moviment liberu u ta’ dritt ta’ residenza fi Stat Membru differenti minn dak li tiegħu għandu ċ-ċittadinanza
Dispożittiv
L-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jirrifjuta lil ċittadin ta’ pajjiż terz ir-residenza fit-territorju tiegħu, meta dan iċ-ċittadin jixtieq jirrisjedi ma’ membru tal-familja tiegħu li huwa ċittadin tal-Unjoni Ewropea li jirrisjedi f’dan l-Istat Membru li tiegħu huwa għandu n-nazzjonalità u li qatt ma eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu bħala ċittadin tal-Unjoni, sa fejn tali rifjut ma jinkludix, għaċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat, iċ-ċaħda mit-tgawdija effettiva tal-essenzjali tad-drittijiet mogħtija mill-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni.
(1) ĠU C 138, 12.5.2012.
Full & Egal Universal Law Academy