15.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — il-Belġju) — Rose Marie Bark vs Galileo Joint Undertaking, li tinsab taħt likwidazzjoni
(Kawża C-89/12) (1)
(Impriżi konġunti - Kuntratti konklużi mal-membri tal-persunal - Kundizzjonijiet applikabbli - Regolament (KE) Nru 876/2002)
2013/C 171/15
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rose Marie Bark
Konvenuta: Galileo Joint Undertaking, li tinsab taħt likwidazzjoni
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Istatuti tal-Impriża Konġunta Galileo li jinsabu fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002, tal-21 ta’Mejju 2002, li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Galileo (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 477) — Kuntratti għal żmien determinat konklużi mal-membri tal-persunal — Kuntratti li għandhom ikunu bbażati fuq il-“Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej” — Applikazzjoni obbligatorja tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal rigward il-kundizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni
Dispożittiv
L-Artikolu 11(2) tal-Istatuti tal-Impriża Konġunta Galileo, li jinsabu fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002, tal-21 ta’ Mejju 2002, li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Galileo, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1943/2006, tat-12 ta’ Diċembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni li jinsabu fihom, ma japplikawx għall-membri tal-persunal ta’ Galileo li għandhom kuntratt għal żmien determinat.
(1) ĠU C 133, 5.5.2012.
Full & Egal Universal Law Academy