3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/28
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — ET Agrokonsulting-04-Velko Stoyanov vs Izpalnitelen direktor na Darzhaven fond Zemedelie Razplashtatelna agentsia
(Kawża C-93/12) (1)
(Agrikoltura - Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri - Politika agrikola komuni - Għajnuna - Eżami ta’ tilwim amministrattiv - Determinazzjoni tal-qorti kompetenti - Kriterju nazzjonali - Qorti amministrattiva li fil-ġurisdizzjoni tagħha taqa’ s-sede tal-awtorità li tkun adottat l-att ikkontestat - Prinċipju ta’ ekwivalenza - Prinċipju ta’ effettività - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)
2013/C 225/45
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofia-grad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ET Agrokonsulting-04-Velko Stoyanov
Konvenut: Izpalnitelen direktor na Darzhaven fond Zemedelie Razplashtatelna agentsia
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad Sofia-grad — Interpretazzjoni tal-prinċipji ta’ effettività u ta’ dritt għal rimedju effettiv stipulat fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-prinċipju ta’ ekwivalenza — Skema ta’ għajnuna tal-politika agrikola komuni — Regola proċedurali nazzjonali li tipprovdi li t-tilwim amministrattiv li jirriżulta mill-implementazzjoni tal-politika agrikola komuni għandu jaqa’ esklużivament taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti amministrattiva li taħtha taqa’ s-sede tal-awtorità amministrattiva li tkun adottat l-att amministrattiv ikkontestat, iżda li tipprovdi, min-naħa l-oħra, li t-tilwim simili ta’ natura interna għandu jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti li taħtha taqa’ l-art agrikola kkonċernata
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività kif ukoll l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ma jipprekludix regola ta’ kompetenza ġudizzjarja nazzjonali, bħalma hija dik stabbilita fl-Artikolu 133(1) tal-Kodiċi ta’ proċedura amministrattiva (Administrativnoprotsesualen kodeks), li għandha l-konsegwenza li tikkonċentra l-kawżi relatati mad-deċiżjonijiet ta’ awtorità nazzjonali inkarigata mill-ħlas tal-għajnuna agrikola skont l-applikazzjoni tal-politika agrikola komuni tal-Unjoni Ewropea, quddiem qorti waħda biss, sakemm ir-rikorsi intiżi sabiex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet li għandhom il-partijiet f’kawża bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni ma jiġux eżerċitati f’kundizzjonijiet inqas favorevoli minn dawk previsti għar-rikorsi intiżi sabiex jipproteġu d-drittijiet ibbażati fuq skemi ta’ għajnuna possibbli favur bdiewa stabbiliti mid-dritt nazzjonali, u sakemm tali regola ta’ kompetenza ma tikkawżax lil xi parti inkonvenjenti proċedurali, f’termini, b’mod partikolari, tat-tul tal-proċedura, tali li jagħmlu eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet ibbażati fuq id-dritt tal-Unjoni, u dan huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tivverifikah.
(1) ĠU C 133, 5.5.2012.
Full & Egal Universal Law Academy