7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Bruxelles — il-Belġju) — Eurofit SA vs Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB)
(Kawża C-99/12) (1)
(Talba għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Regolament (KEE) Nru 3665/87 - Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni - Użu ħażin tal-merkanzija intiża għall-esportazzjoni - Obbligu ta’ rimbors mill-esportatur - Assenza ta’ komunikazzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti, tal-informazzjoni rigward l-affidabbiltà tal-kokontraenti, issuspettat bi frodi - Każ ta’ forza maġġuri - Assenza)
2013/C 260/20
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eurofit SA
Konvenut: Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Bruxelles — Interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli ddettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli (ĠU L 351, p. 1) — Obbligu ta’ rimbors, min-naħa tal-esportatur, ta’ ħlasijiet lura mħallsa fil-każ ta’ użu ħażin tal-prodotti — Assenza ta’ komunikazzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti, tal-informazzjoni mitluba jew komunikazzjoni ta’ informazzjoni żbaljata lill-esportatur, li jikkostitwixxu każ ta’ forza maġġuri fis-sens tar-regolament imsemmi
Dispożittiv
L-ommissjoni mill-awtoritajiet doganali kompetenti li jinfurmaw lill-esportatur dwar l-eżistenza ta’ riskju ta’ frodi mwettaq mill-parti kontraenti ta’ dan tal-aħħar ma tikkostitwixxix każ ta’ forza maġġuri fis-sens tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli ddettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2945/94 tat-2 ta’ Diċembru 1994, u, b’mod partikolari, tal-ewwel inċiż tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-regolament. Fil-każ li tali ommissjoni tkun tista’ tikkostitwixxi każ eċċezzjonali fis-sens tat-tieni inċiż tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 3665/87, hekk kif emendat bir-Regolament Nru 2945/94, hija ma tistax madankollu teżenta lil dan l-esportatur mill-obbligu tiegħu li jirrimborsa l-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni mħallsa indebitament, peress li dan tal-aħħar huwa eżentat biss mill-pagament tal-penalitajiet dovuti bis-saħħa ta’ dan l-istess Artikolu 11.
(1) ĠU C 138, 12.05.2012.
Full & Egal Universal Law Academy