14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Stuttgart — il-Ġermanja) — Herbert Schaible vs Land Baden-Württemberg
(Kawża C-101/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Regolament (KE) Nru 21/2004 - Sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini - Obbligu ta’ identifikazzjoni individwali elettronika - Obbligu li jinżamm reġistru tar-razzett - Validità - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Libertà li tiġi eżerċitata attività ekonomika - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament)
2013/C 367/11
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Stuttgart
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Herbert Schaible
Konvenut: Land Baden-Württemberg
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Stuttgart — Validità tal-Artikoli 3(1), 4(2), 5(1) u tal-ewwel subaragrafu tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004, tas-17 ta’ Diċembru 2003, li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ammiali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 42, p. 56), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1560/2007, tas-17 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 340, p. 25) fid-dawl tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 15(1) u 16 — Proporzjonalità tas-sistema ta’ identifikazzjoni individwali tal-annimali ovini u kaprini
Dispożittiv
L-evalwazzjoni tad-domandi magħmula ma weriet ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikoli 3(1), 4(2), 5(1) u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3) kif ukoll tal-punt 2 tal-Anness B tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004, tas-17 ta’ Diċembru 2003, li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ammiali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 92/102/KEE u 64/432/KEE, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/2008, tat-23 ta’ Settembru 2008.
(1) ĠU C 133, 05.05.2012.
Full & Egal Universal Law Academy