20.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 114/21
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Ministero per i beni e le attività culturali et vs Ordine degli Ingegneri di Verona e Provincia et
(Kawża C-111/12) (1)
(Direttiva 85/384/KEE - Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki formali fil-qasam tal-arkitettura - Artikoli 10 u 11(g) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikonoxxi l-ekwivalenza tal-kwalifiki ta’ perit u ta’ inġinier ċivili, iżda li tirriżerva lill-periti x-xogħol fuq binjiet ikklassifikati bħala patrimonju artistiku - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Sitwazzjoni purament interna ta’ Stat Membru)
2013/C 114/30
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ministero per i beni e le attività culturali, Ordine degli Ingegneri della Provincia di Venezia, Ordine degli Ingegneri della Provincia di Padova, Ordine degli Ingegneri della Provincia di Treviso, Ordine degli Ingegneri della Provincia di Vicenza, Ordine degli Ingegneri di Verona e Provincia, Ordine degli Ingegneri della Provincia di Rovigo, Ordine degli Ingegneri della Provincia di Belluno
Konvenuti: Ordine degli Ingegneri di Verona e Provincia, Consiglio Nazionale degli Ingegneri, Consiglio Nazionale degli Architetti, Pianificatori, Paesaggisti e Conservatori, Ordine degli Architetti Pianificatori Paesaggisti e Conservatori della Provincia di Verona, Alessandro Mosconi, Comune di S. Martino Buon Albergo (VR), Istituzione di Ricovero e di Educazione di Venezia (IRE), Ordine degli Architetti della Provincia di Venezia
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni tal-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/384/KE, tal-10 ta’ Ġunju 1985, dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, taċ-ċertifikati u ta’ xhieda oħra ta’ kwalifiki formali fl-arkitettura, inklużi miżuri biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1 p. 118) — Rikonoxximent reċiproku tat-titoli fl-arkitettura — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva lill-periti x-xogħol fuq binjiet ikklassifikati bħala patrimonju artistiku — Verifika, każ b’każ, tal-abbiltà tat-titulari ta’ diplomi fl-arkitettura u l-inġinierija miksuba minn Stati Membri oħrajn sabiex jagħmlu dawn ix-xogħlijiet
Dispożittiv
L-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/384/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1985, dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, taċ-ċertifikati u ta’ xhieda oħra ta’ kwalifiki formali fl-arkitettura, inklużi miżuri biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li persuni, li għandhom kwalifika formali mogħtija minn Stat Membru, minbarra l-Istat Membru ospitanti, li tagħtihom aċċess għal attivitajiet fil-qasam tal-arkitettura u li tissemma espressament fl-imsemmi Artikolu 11, ma jistgħux jeżerċitaw, f’dan l-aħħar Stat, attivitajiet li jirrigwardaw bini ta’ interess artistiku sakemm ma jurux, jekk ikun il-każ fil-kuntest ta’ verifika speċifika tal-kapaċità professjonali, li għandhom il-kwalifiki partikolari fil-qasam tal-patrimonju kulturali.
(1) ĠU C 151, 26.05.2012.
Full & Egal Universal Law Academy