23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/24
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-26 ta’ Settembru 2013 — Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-115/12 P) (1)
(Appell - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Għajnuna strutturali Komunitarja fir-reġjun ta’ Martinique - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Konformità tal-operazzjonijiet mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni - Koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Direttiva 93/37/KEE - Artikolu 2 - Kunċett ta’ “sussidju dirett” - Kunċett ta’ “faċilitajiet intiżi għal sports, rekreazzjoni u divertiment”)
2013/C 344/39
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiz
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard u N. Rouam, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u A. Steiblytė, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla), tas-16 ta’ Diċembru 2011, Franza vs Il-Kummissjoni (T-488/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 5229, tat-28 ta’ Lulju 2010, dwar it-tneħħija parzjali tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), abbażi ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-objettiv 1 għal għajnuna strutturali Komunitarja fir-reġjun ta’ Martinique fi Franza- Koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Kunċett ta’ “sussidju dirett” — Kunċett ta’ “faċilitajiet intiżi għal sports, rekreazzjoni u divertiment” — Żbalji ta’ liġi — Nuqqas ta’ motivazzjoni
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 138, 12.5.2012.
Full & Egal Universal Law Academy