23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/24
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2013 — Bernhard Rintisch vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Bariatrix Europe Inc. SAS
(Kawża C-120/12 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 74(2) - Regolament (KE) Nru 2868/95 - L-ewwel u t-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) - Oppożizzjoni tal-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti - Eżistenza tat-trade mark - Provi prodotti insostenn tal-oppożizzjoni wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit għal dan il-għan - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Dispożizzjoni kuntrarja - Ċirkustanzi li jipprekludu t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi addizzjonali jew supplimentari)
2013/C 344/40
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Bernhard Rintisch (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), Bariatrix Europe Inc. SAS
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2011, Rintisch vs UASI (T-62/12), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade marks verbali u figurattivi nazzjonali “PROTI”, “PROTIPOWER” u “PROTIPLUS”, għal prodotti fil-klassijiet 29 u 32, u tal-isem kummerċjali nazzjonali “PROTIPLUS”, għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 kontra d-Deċiżjoni R 740/2008-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-15 ta’ Diċembru 2008, li tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni ppreżentata mir-rikorrenti kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “PROTI SNACK”, għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32 — Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti — Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Bernhard Rintisch huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 165, 9.6.2012.
Full & Egal Universal Law Academy