3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/28
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 1de Granada — Spanja) — Promociones y Construcciones BJ 200 SL
(Kawża C-125/12) (1)
(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 199(1)(g) - Proċedura ta’ insolvenza volontarja - Persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa - Persuna taxxabbli destinatarja ta’ ċerti tranżazzjonijiet - Kunċett ta’ “proċedura ta’ bejgħ obbligatorju”)
2013/C 225/46
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil no 1de Granada
Parti fil-kawża prinċipali
Promociones y Construcciones BJ 200 SL
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Mercantil de Granada — Interpretazzjoni tal-Artikolu 199(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Persuni responsabbli għall-ħlas tat-taxxa — Persuna taxxabbli destinatarja ta’ ċerti tranżazzjonijiet — Kunċett ta’ “forniment ta’ proprjetà immobbli mibjugħa mid-debitur tas-sentenza fi proċedura ta’ bejgħ obbligatorju”
Dispożittiv
L-Artikolu 199(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li kwalunkwe bejgħ ta’ proprjetà immobbli mwettaq mid-debitur ġudizzjarju mhux biss fil-kuntest ta’ proċedura ta’ likwidazzjoni tal-assi tiegħu, iżda wkoll fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza li sseħħ qabel tali proċedura ta’ likwidazzjoni, sakemm dan il-bejgħ ikun neċessarju sabiex jissodisfa lill-kredituri jew sabiex jistabbilixxi mill-ġdid l-attività ekonomika jew professjonali tal-imsemmi debitur, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ proċedura ta’ bejgħ obbligatorju.
(1) ĠU C 174, 16.6.2012.
Full & Egal Universal Law Academy