14.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Frar 2014 – Stichting Woonlinie, Stichting Allee Wonen, Woningstichting Volksbelang, Stichting WoonInvest, Stichting Woonstede vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-133/12 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Skemi ta’ għajnuna mogħtija favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali - Deċiżjoni ta’ kompatibbiltà - Impenji meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jikkonformaw ruħhom mad-dritt tal-Unjoni - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Rikors għal annullament - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Interess ġuridiku - Locus standi - Benefiċjarji kkonċernati individwalment u direttament - Kunċett ta’ “ċirku magħluq”))
2014/C 112/05
Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż
Partijiet
Appellanti: Stichting Woonlinie, Stichting Allee Wonen, Woningstichting Volksbelang, Stichting WoonInvest, Stichting Woonstede (rappreżentanti: P. Glazener u E. Henny, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti H. van Vliet, S. Noë u S. Thomas, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2011, Stichting Woonlinie et vs Il-Kummissjoni (T-202/10) li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat E 2/2005 u N 642/2009 – il-Pajjiżi l-Baxxi – Għajnuna eżistenti u għajnuna speċifika għal proġetti favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali
Dispożittiv
1)
Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Diċembru 2011, Stichting Woonpunt et vs Il-Kummissjoni (T-202/10), huwa annullat sa fejn dan jiddikjara inammissibbli r-rikors għal annullament ta’ Stichting Woonlinie, Stichting Allee Wonen, Woningstichting Volksbelang, Stichting WoonInvest u Stichting Woonstede kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, marbuta mal-għajnuna mill-Istat E 2/2005 u N 642/2009 – il-Pajjiżi l-Baxxi – Għajnuna eżistenti u għajnuna speċifika għal proġetti favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna l-iskema ta’ għajnuna E 2/2005.
2)
Ir-rikors għal annullament imsemmi fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv huwa ammissibbli.
3)
Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tingħata deċiżjoni fuq il-mertu tar-rikors għal annullament imsemmi fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv.
4)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 138, 12.05.2012.
Full & Egal Universal Law Academy