1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad — Varna — il-Bulgarija) — Rusedespred OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
(Kawża C-138/12) (1)
(Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 203 - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Rimbors lill-fornitur tat-taxxa mħallsa, fil-każ li d-dritt għal tnaqqis jiġi rrifjutat lid-destinatarju ta’ tranżazzjoni eżentata)
2013/C 156/20
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad — Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rusedespred OOD
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad — Varna — Interpretazzjoni tal-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività u ta’ ugwaljanza fit-trattament — Dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Dritt tal-fornitur ta’ kunsinna li jitlob ir-rimbors tat-taxxa mħallsa b’mod indebitu meta d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa favur id-destinatarju tal-kunsinna jkun ġie rrifjutat minħabba li l-imsemmija kunsinna tkun eżentata mit-taxxa skont id-dritt nazzjonali
Dispożittiv
(1)
Il-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud kif ikkontemplat fil-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, abbażi ta’ dispożizzjoni nazzjonali intiża li tittrasponi l-imsemmi artikolu, l-awtorità fiskali tirrifjuta lill-fornitur ta’ provvista eżentata r-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud iffatturata bi żball lil klijent tiegħu, minħabba li dan il-fornitur ma pproċediex għal rettifika tal-fattura żbaljata, filwaqt li din l-awtorità definittivament irrifjutat lil dan il-klijent id-dritt għal tnaqqis tal-imsemmija taxxa fuq il-valur miżjud, peress li dan ir-rifjut definittiv għandu bħala konsegwenza li l-iskema ta’ rettifika prevista mil-liġi nazzjonali ma tkunx iktar applikabbli.
(2)
Il-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud kif ikkontemplat fil-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 203 tad-Direttiva 2006/112, jista’ jiġi invokat minn persuna taxxabbli sabiex tikkontesta dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tissuġġetta r-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud iffatturata bi żball għar-rettifika tal-fattura żbaljata, u meta d-dritt għal tnaqqis tal-imsemmija taxxa fuq il-valur miżjud ikun ġie definittivament miċħud, peress li dan ir-rifjut definittiv għandu bħala konsegwenza li l-iskema ta’ rettifika prevista mil-liġi nazzjonali ma tkunx iktar applikabbli.
(1) ĠU C 151, 26.05.2012.
Full & Egal Universal Law Academy