23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/26
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Pensionsversicherungsanstalt vs Peter Brey
(Kawża C-140/12) (1)
(Moviment liberu tal-persuni - Ċittadinanza tal-Unjoni - Direttiva 2004/38/KE - Dritt ta’ residenza ta’ iktar minn tliet xhur - Artikolu 7(1)(b) - Persuna li ma għadx għandha l-kwalità ta’ ħaddiem - Persuna li għandha dritt għal pensjoni tal-irtirar - Rekwiżit ta’ riżorsi suffiċjenti sabiex il-persuna kkonċernata ma ssirx ta’ piż għas-“sistema ta’ għajnuna soċjali” tal-Istat Membru ospitanti - Talba għal benefiċċju speċjali li ma huwiex kontributorju u li jingħata fi flus - Suppliment kumpensatorju intiż sabiex jikkompleta l-pensjoni tal-irtirar - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikoli 3(3) u 70 - Kompetenza tal-Istat Membru ta’ residenza - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dritt ta’ residenza legali fit-territorju nazzjonali - Konformità mad-dritt tal-Unjoni)
2013/C 344/43
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Pensionsversicherungsanstalt
Konvenuta: Peter Brey
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46), kif rettifikata — Dritt ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkun temm l-attività professjonali tiegħu li jirrisjedi għal iktar minn tliet xhur fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Sitwazzjoni li fiha dan iċ-ċittadin jirċievi pensjoni inferjuri għal-livell ta’ għajxien minimu tal-Istat Membru ospitanti u għal din ir-raġuni talab l-għoti ta’ allowance kumpensatorja (“Ausgleichszulage”), benefiċċju speċjali fi flus kontanti li ma huwiex ta’ natura kontributorja
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni, hekk kif jirriżulta, b’mod partikolari, mill-Artikoli 7(1)(b), 8(4), u 24(1) u (2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqalqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, anki jekk għall-perijodu ta’ wara l-ewwel tliet xhur ta’ residenza, teskludi f’kull ċirkustanza u b’mod awtomatiku l-għoti ta’ benefiċċju, bħas-suppliment kumpensatorju previst fl-Artikolu 292(1) tal-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni Soċjali Ġenerali (Allgemeines Sozialversicherungsgesetz), kif emendat, mill-1 ta’ Jannar 2011, bil-Liġi dwar il-Baġit tal-2011 (Budgetbegleitgesetz 2011) lil ċittadin ekonomikament inattiv ta’ Stat Membru ieħor, minħabba li dan, minkejja l-fatt li nħariġlu ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, ma jissodisfax ir-rekwiżiti sabiex jibbenefika minn dritt ta’ residenza legali ta’ iktar minn tliet xhur fit-territorju tal-ewwel Stat Membru, peress li l-eżistenza ta’ tali dritt ta’ residenza hija suġġetta għar-rekwiżit li dan iċ-ċittadin ikollu riżorsi suffiċjenti li jżommuh milli japplika għall-imsemmi benefiċċju.
(1) ĠU C 165, 9.6.2012.
Full & Egal Universal Law Academy