3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/30
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2013 — Xeda International SA, Pace International LLC vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-149/12 P) (1)
(Appell - Prodotti għall-ħarsien tal-pjanti - Diphenylamine - Noninklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE - Proċedura ta’ evalwazzjoni tas-sustanzi attivi - Irtirar minn notifikatur tal-appoġġ għall-inklużjoni ta’ sustanza attiva f’dan l-Anness - Regolamenti (KE) Nru 1490/2002 u (KE) Nru 1095/2007)
2013/C 225/49
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Xeda International SA, Pace International LLC (rappreżentanti: K. Van Maldegem, C. Mereu u N. Knight, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen u P. Ondrůšek, aġenti, assistati minn J. Stuyck, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Jannar 2012 fil-Kawża T-71/10, Xeda International SA u Pace International LLC vs Il-Kummissjoni Ewropea li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/859/KE, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar in-noninklużjoni ta’ diphenylamine fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza [notifikata taħt in-Nru C(2009) 9262] (ĠU L 314, p. 79)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Xeda International SA u Pace International LLC huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 165, 9.6.2012.
Full & Egal Universal Law Academy