14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-151/12) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2000/60/KE - Qafas Komunitarju għal politika Komunitarja fil-qasam tal-ilma - Traspożizzjoni tal-Artikoli 4(8), 7(2), 10(1) u (2), kif ukoll, tal-punti 1.3 u 1.4 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60 - Baċini tax-xmara intra-Komunitarji u inter-Komunitarji - Artikolu 149(3), in fine, tal-Kostituzzjoni Spanjola - Klawżola supplenti)
2013/C 367/14
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Valero Jordana, E. Manhaeve u B. Simon, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4(8), 7(2), 10(1) u (2) u tas-Sezzjonijiet 1.3 u 1.4 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275) — Għanijiet ambjentali — Ilma użat għat-teħid ta’ ilma tax-xorb — Ilma tal-wiċċ — Baċini tax-xmara intra-Komunitarji
Dispożittiv
(1)
Billi naqas milli jieħu l-miżuri kollha neċessarji għat-traspożizzjoni tal-Artikoli 4(8), 7(2), 10(1) u (2), kif ukoll tal-punti 1.3 u 1.4.1(i) sa (iii) tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, li għalih jirreferi l-Artikolu 8(2) tagħha, fir-rigward tal-baċini tax-xmara intra-Komunitarji li jinsabu barra minn Cataluña, kif ukoll l-Artikoli 7(2) u 10(1) u (2) tad-Direttiva 2000/60, fir-rigward tal-baċini tax-xmara intra-Komunitarji li jinsabu f’Cataluña, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 174, 16.06.2012
Full & Egal Universal Law Academy