23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/26
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Salzgitter Mannesmann Handel GmbH vs SC Laminorul SA
(Kawża C-157/12) (1)
(Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 34(3) u (4) - Rikonoxximent ta’ sentenza mogħtija fi Stat membru ieħor - Sitwazzjoni li fiha l-imsemmija sentenza hija irrikonċiljabbli ma’ sentenza mogħtija preċedentement fl-istess Stat Membru bejn l-istess partijiet f’tilwima li għandha l-istess suġġett u l-istess kawża)
2013/C 344/44
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Salzgitter Mannesmann Handel GmbH
Konvenuta: SC Laminorul SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 34(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Rikonoxximent ta’ deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor — Sitwazzjoni li fiha l-imsemmija deċiżjoni hija irrikonċiljabbli ma’ deċiżjoni oħra mogħtija qabel fl-istess Stat Membru bejn l-istess partijiet f’kawża li kellha l-istess suġġett u l-istess fatti li taw lok għall-kawża
Dispożittiv
L-Artikolu 34(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix sentenzi irrikonċiljabbli mogħtija minn qrati tal-istess Stat Membru.
(1) ĠU C 184, 23.6.2012.
Full & Egal Universal Law Academy