1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-158/12) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/1/KE - Artikolu 5 - Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis - Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-installazzjonijiet eżistenti - Obbligu li jiġi żgurat l-użu ta’ tali installazzjonijiet skont ir-rekwiżiti tal-imsemmija direttiva)
2013/C 156/21
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Petrova u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentant: E. Creedon, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) — Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-installazzjonijiet eżistenti — Obbligu li jiġi żgurat li tali installazzjonijiet jiġu użati skont ir-rekwiżiti tad-direttiva
Dispożittiv
(1)
Billi ma ħarġitx l-awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 6 u 8 tad- Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż, jew billi ma żguratx, b’mod xieraq, l-eżami mill-ġdid tal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni u, fejn applikabbli, l-aġġornament tagħhom, fir-rigward ta’ tlettax-il installazzjoni eżistenti ta’ trobbija ta’ ħnieżer u ta’ trobbija ta’ tjur u, għalhekk, billi ma ggarantixxietx li kull installazzjoni eżistenti tiġi użata skont l-Artikoli 3, 7, 9, 10, 13, 14(a) u (b) u 15(2) ta’ din id-direttiva, minn tal-inqas it-30 ta’ Ottubru 2007, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva.
(2)
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 174, 16.06.2012
Full & Egal Universal Law Academy