15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2013 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — l-Italja) — Alessandra Venturini vs A.S.L. Varese, et (C-159/12), Maria Rosa Gramegna vs ASL Lodi, et (C-160/12), Anna Muzzio vs ASL Pavia, et (C-161/12)
(Kawżi magħquda C-159/12 sa 161/12) (1)
(Libertà ta’ stabbiliment - Article 49 TFUE - Saħħa pubblika - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-para-spiżeriji milli jbigħu prodotti mediċinali suġġetti għal riċetta medika mħallsa mill-pazjent)
2014/C 45/14
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Alessandra Venturini (C-159/12), Maria Rosa Gramegna (C-160/12), Anna Muzzio (C-161/12)
Konvenuti: A.S.L. Varese, Ministero della Salute, Regione Lombardia, Comune di Saronno, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA) (C-159/12), ASL Lodi, Ministero della Salute, Regione Lombardia, Comune di Sant’Angelo Lodigiano, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA) (C-160/12), ASL Pavia, Ministero della Salute, Regione Lombardia, Comune di Bereguardo, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA) (C-161/12)
fil-preżenza ta’: Federfarma — Federazione Nazionale Unitaria dei Titolari di Farmacia Italiani (C-159/12 sa C-161/12),
Suġġett
Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — Interpretazzjoni tal-Artikoli 18 u 56 TFUE kif ukoll tal-Artikoli 101 u 102 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-para-spiżeriji milli jbigħu prodotti mediċinali suġġetti għal riċetta medika, li l-ispiża tagħhom hija mħallsa mill-pazjent
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni, bħal dik fil-kawżi prinċipali, li tipprojbixxi lil spiżjar, ikkwalifikat u rreġistrat mal-assoċjazzjoni professjonali, iżda li ma huwiex proprjetarju ta’ negozju inkluż fil-mappa, milli jiddistribwixxi bl-imnut, fil-para-spiżerija li tagħha huwa proprjetarju, anki dawk il-prodotti mediċinali suġġetti għal riċetta medika li ma jitħallsux mis-servizz tas-saħħa nazzjonali u li jitħallsu kompletament mix-xerrej.
(1) ĠU C 157, 02.06.2012
Full & Egal Universal Law Academy