12.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Employment Tribunal, Newcastle upon Tyne – Ir-Renju Unit) – C. D. vs S. T.
(Kawża C-167/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 92/85/KEE - Miżuri intiżi li jinkoraġġixxu t-titjib tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema tqal, ħaddiema li jkunu welldu reċentement, jew ħaddiema li jkunu qegħdin ireddgħu - Artikolu 8 - Omm prospettiva li kellha tarbija permezz ta’ ftehim ma’ omm surrogata - Rifjut li jingħatalha leave tal-maternità - Direttiva 2006/54/KE - Ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa - Artikolu 14 - Trattament inqas favorevoli ta’ omm prospettiva fir-rigward tal-għoti ta’ leave tal-maternità))
2014/C 142/06
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Employment Tribunal, Newcastle upon Tyne
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: C. D.
Konvenuta: S. T.
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Employment Tribunal Newcastle upon tyne – Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(1), 2(ċ), 8(1) u 11(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110) – Interpretazzjoni tal-Artikoli 14 u 2(1)(a) u (b), u (2)(ċ) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, p. 23) – Projbizzjoni ta’ kull trattament inqas favorevoli ta’ mara relatat mat-tqala jew mal-leave tal-maternità fis-sens tad-Direttiva 92/85/KEE – Kamp ta’ applikazzjoni – Omm mhux bijoloġika li jkollha tarbija permezz ta’ arranġament ma’ omm surrogata – Dritt għal leave tal-maternità
Dispożittiv
1)
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Istati Membri ma humiex obbligati jawtorizzaw leave tal-maternità skont l-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva lil ħaddiema, fil-kwalità tagħha ta’ omm prospettiva li kellha tarbija permezz ta’ ftehim ma’ omm surrogata, inkluż meta hija tista’ tredda’ din it-tarbija wara t-twelid jew meta tkun qiegħda effettivament tredda’ tali tarbija.
2)
L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(a) u (b) u l-Artikolu 2(2)(ċ) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jikkostitwixxix diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, il-fatt li persuna li timpjega tirrifjuta li tawtorizza leave tal-maternità lil omm prospettiva li kellha tarbija permezz ta’ ftehim ma’ omm surrogata.
(1) ĠU C 194, 30.06.2012.
Full & Egal Universal Law Academy