23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/27
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 — EI du Pont de Nemours and Company vs Il-Kummissjoni Ewropea, DuPont Performance Elastomers LLC, DuPont Performance Elastomers SA
(Kawża C-172/12 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-gomma kloroprin - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha - Kontroll konġunt minn żewġ kumpanniji parent - Influwenza determinanti - Responsabbiltà in solidum - Preskrizzjoni - Interess leġittimu)
2013/C 344/46
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: EI du Pont de Nemours and Company (rappreżentanti: J. Boyce u A. Lyle-Smythe, solicitors)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, (rappreżentanti: V. Bottka u A. Biolan, aġenti), DuPont Performance Elastomers LLC, DuPont Performance Elastomers SA (rappreżentanti: J. Boyce u A. Lyle-Smythe, solicitors)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Frar 2012, EL du Pont de Nemours et vs Il-Kummissjoni (T-76/08) li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5910 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.629 — Gomma kloroprin), dwar akkordju fis-suq tal-gomma kloroprin fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), dwar it-tqassim tas-suq u l-iffissar tal-prezzijiet, kif ukoll, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multa imposta fuq l-appellanti — Impriża konġunta — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
EI du Pont de Nemours and Company hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 194, 30.6.2012
Full & Egal Universal Law Academy