23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/28
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 — The Dow Chemical Company vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-179/12 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-gomma kloroprin - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha - Kontroll konġunt minn żewġ kumpanniji parent - Influwenza determinanti - Drittijiet tad-difiża - Żieda fil-multa - Effett dissważiv)
2013/C 344/47
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: The Dow Chemical Company (rappreżentant: D. Schroeder, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel, V. Bottka u L. Malferrari, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Frar 2012 fil-Kawża T-77/08, The Dow Chemical Company vs Il-Kummissjoni Ewropea li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5910 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.629 — Gomma kloroprin), dwar akkordju fis-suq tal-gomma kloroprin fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), dwar it-tqassim tas-suq u l-iffissar tal-prezzijiet, kif ukoll, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multa imposta fuq l-appellanti — Impriża konġunta — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Id-Dow Chemical Company hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 184, 23.6.2012.
Full & Egal Universal Law Academy