14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-TieletAwla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — Stoilov i Ko EOOD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna
(Kawża C-180/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tmiem ta’ bażi legali tad-deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali - Assenza ta’ rilevanza tad-domandi magħmula - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 367/17
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofia-grad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stoilov i Ko EOOD
Konvenuta: Nachalnik na Mitnitsa Stolichna
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminarja — Administrativen sad Sofia-grad — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana. (ĠU L 291, p. 1) u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru°2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) kif ukoll tal-Artikoli 41(2)(a) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija — Klassifikazzjoni tal-merkanzija (materjal għall-manifattura ta’ blinds) taħt il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda 5407 61 30 minħabba l-karatteristiċi tagħha bħala “drapp” jew klassifikazzjoni taħt il-kodiċi 6303 92 10 minħabba l-iskop uniku tagħha bħala “blinds għal ġewwa” — Deċiżjoni li jiġu rkuprati krediti tal-Istat dwar l-obbligu li jitħallsu dazju doganali u VAT addizzjonali wara l-konklużjonijiet tal-espert tal-laboratorju doganali — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi fid-dawl tal-fatti mniżżla fid-dikjarazzjoni doganali
Dispożittiv
Ma hemmx lok li tingħata risposta għad-domandi magħmula mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija).
(1) ĠU C 194, 30.6.2012
Full & Egal Universal Law Academy