27.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Székesfehérvári Törvényszék — l-Ungerija) — Gábor Fekete vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága
(Kawża C-182/12) (1)
(Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 137 - Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali - Artikolu 561(2) - Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni totali mid-dazji fuq l-importazzjoni - Importazzjoni fi Stat Membru ta’ vettura li l-proprjetarju tagħha huwa stabbilit fi Stat terz - Użu privat tal-vettura awtorizzat mill-proprjetarju mhux permezz ta’ kuntratt ta’ impjieg konkluż mal-utent - Assenza ta’ eżenzjoni)
2013/C 123/10
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Székesfehérvári Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Gábor Fekete
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Székesfehérvári Törvényszék — Interpretazzjoni tal-Artikolu 561(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3) — Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni totali mid-dazji fuq l-importazzjoni — Użu privat ta’ mezz ta’ trasport — Kunċett ta’ relazzjoni ta’ xogħol — Importazzjoni fi Stat Membru ta’ vettura proprjetà ta’ fondazzjoni stabbilita fi Stat terz, mill-president tal-kunsill ta’ amministrazzjoni tal-imsemmija fondazzjoni — Awtorizzazzjoni mill-fondazzjoni inkwistjoni lill-president tal-kunsill ta’ amministrazzjoni tagħha sabiex juża u jsuq il-vettura kkonċernata.
Dispożittiv
L-Artikolu 561(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 993/2001, tal-4 ta’ Mejju 2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni totali mid-dazji fuq l-importazzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni għal mezz ta’ trasport li huwa użat għal skopijiet privati minn persuna fiżika stabbilita fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea tista’ tingħata biss jekk dan l-użu privat kien previst fil-kuntratt ta’ impjieg li jorbot lil din il-persuna mal-proprjetarju tal-vettura stabbilit barra mit-territorju.
(1) ĠU C 217, 21.7.2012.
Full & Egal Universal Law Academy